7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Implementazzjoni - Legalità - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ksur uniku u kontinwat - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol esklużivament passiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 6/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RKW SE, li qabel kienet RKW AG Rheinische Kunststoffwerke (Worms, il-Ġermanja); u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Hellmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Núñez-Müller, avukat)
Suġġett
Preliminarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
RKW SE u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.04.2006.
Full & Egal Universal Law Academy