6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-56/06 RENV II) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Eżenzjoni mis-sisa - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Terminu raġonevoli”))
(2016/C 200/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u R. Coesme, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, G. Conte, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardegna, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12), sa fejn din tordna lir-Repubblika Franċiża tirkupra l-għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni li hija tat, bejn it-3 ta’ Frar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2003, abbażi tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Gardanne (Franza).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-56/06, T-56/06 RENV I u T-56/06 RENV II u tliet partijiet minn għoxrin tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi T-56/06, T-56/06 RENV I u T-56/06 RENV II kif ukoll kwint mill-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy