23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EMCDDA
(Kawża T-63/06) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMCDDA - Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer tal-kompjuterijiet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji għall-għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 288/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, tal-5 ta’ Diċembru 2005, li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer tal-kompjuterijiet (ĠU S 187), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).
(1) ĠU C 86, 08.04.2006.
Full & Egal Universal Law Academy