21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012 — FLS Plast vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali magħmula mill-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum - Prinċipju ta’ non bis in idem)
2012/C 118/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FLS Plast A/S (Valby, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, sussegwentement M. Thill-Tayara, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-imsemmija deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata inkwantu u sa fejn iżżomm lil FLS Plast A/S responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu msemmi fl-Artikolu 1(1) tagħha, matul il-perijodu bejn il-31 ta’ Diċembru 1990 u l-31 ta’ Diċembru 1991, inklużi.
(2)
L-ammont tal-ħlas li fir-rigward tiegħu FLS Plast hija in solidum responsabbli skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C(2005) 4634 huwa ffissat għal EUR 14,45 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea u FLS Plast għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 96, 22.04.2006
Full & Egal Universal Law Academy