15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/46
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik)
(Kawża T-70/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Vorsprung durch Technik - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Dritt għal smigħ)
(2008/C 209/80)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O Gillert u F. Schiwek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2) li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni ta' l-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Vorsprung durch Technik għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 25, 28, 37 sa 40 u 42.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Audi AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy