7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-72/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità)
2012/C 6/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Gascogne SA (St. Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: inizjalment C. Lazarus, sussegwentement P. Hubert u E. Durand, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u F. Arbault, sussegwentement F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali u talba għar-riforma fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik u talba għal riforma tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.04.2006.
Full & Egal Universal Law Academy