7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — ASPLA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-76/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Skambji ta’ informazzjoni individwalizzata - Iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika - Tqassim tal-klijenti - Sottomissjonijiet miftiehma għal sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Estent tal-aġir issanzjonat - Delimitazzjoni tas-suq ta’ prodotti u tas-suq ġeografiku - Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ)
2012/C 6/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Plasticos Españoles, SA (ASPLA) (Torrelavega, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez u A. García Castillo, sussegwentement E. Garayar Gutiérrez, M. Troncoso Ferrer u C. Ruixó Claramunt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Plasticos Españoles, SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 06.05.2006.
Full & Egal Universal Law Academy