7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Álvarez vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-78/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Kunċett ta’ impriża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2012/C 6/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Armando Álvarez, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez u A. García Castillo, sussegwentement minn E. Garayar Gutiérrez, M. Troncoso Ferrer u C. Ruixó Claramunt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Armando Álvarez, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 20.05.2006.
Full & Egal Universal Law Academy