24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2012 — Budapesti Erőmű vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda T-80/06 u T-182/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Suq bl-ingrossa tal-elettriku - Kundizzjonijiet vantaġġużi mogħtija minn impriża pubblika Ungeriża lil ċerti produtturi tal-enerġija fil-kuntest ta’ ftehim għax-xiri tal-enerġija - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna ġdida - Kriterju tal-investitur privat)
2012/C 89/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Budapesti Erőmű Zrt (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-80/06 u T-182/09, M. Powell, solicitor, C. Arhold u K. Struckmann, avukati, kif ukoll, fil-Kawża T-182/09, A. Hegyi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-80/06 u T-182/09, N. Khan, L. Flynn u K. Talabér-Ritz, kif ukoll, fil-Kawża T-80/06, minn V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-80/06, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata lill-Ungerija permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Novembru 2005, sabiex tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/2005 (ex NN 49/2005) — “spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati” fl-Ungerija, u, fil-Kawża T-182/09, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġujnu 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Budapesti Erőmű Zrt hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 06.05.2006.
Full & Egal Universal Law Academy