8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Dorel Juvenile Group vs L-UASI (SAFETY 1ST)
(Kawża T-88/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SAFETY 1ST - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 64/55)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dorel Juvenile Group (Canton, L-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-11 ta' Jannar 2006 (każ R 616/2004-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SAFETY 1ST bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dorel Juvenile Group Inc. hija kkundanata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy