8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 31 ta' Jannar 2008 — Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana vs L-UASI — Nador Cott Protection (Nadorcott)
(Kawża T-95/06) (1)
(“Varjetajiet ta' pjanti - Rikors quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' interess individwali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2008/C 64/56)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: S. Roig Girbes, R. Ortega Bueno u M. Delgado Echevarría, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), (rappreżentanti M. Ekvad, bħala aġent, assistit minn D. O'Keefe, solicitor, J. Rivas de Andrés u M. Canal Fontcuberta, avukati)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell tas-CVPO, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza) (rappreżentanti: M. Fernández Mateos, S. González Malabia u M. Marín Bataller, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tas-CPVO tat-8 ta' Novembru 2005 (kawża A 001/2005), dwar il-protezzjoni Komunitarja mogħtija lill-varjetà ta' mandolina Nadorcott,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy