24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Rajani vs UASI — Artoz-Papier (ATOZ)
(Kawża T-100/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti ARTOZ - Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta' użu ġenwin - Bidu tat-terminu ta' ħames snin - Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u l-Artikolu 6 tal-KEDB’)
(2009/C 19/45)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deepak Rajani (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dustmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Artoz-Papier AG (Lenzburg, l-Iżvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Jannar 2006 (Każ R 1126/2004-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Artoz-Papier AG u Deepak Rajani.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deepak Rajani huma kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy