5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2010 — Esotrade vs UASI — Segura Sánchez (YoKaNa)
(Kawża T-103/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva YoKaNa - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti YOKONO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 148/45
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Esotrade, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Rivera Lamo de Espinosa u J. E. Astiz Suárez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u O. Montalto, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Antonio Segura Sánchez (Alicante, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2006 (Każ R 217/2004-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Antonio Segura Sánchez u Esotrade, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 20.05.2006.
Full & Egal Universal Law Academy