12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/14
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Novembru 2007 — Wesergold Getränkeindustrie vs L-UASI — Lidl Stiftung (VITAL FIT)
(Kawża T-111/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva VITAL FIT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VITAFIT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Dritt ta' smigħ - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2008/C 8/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schaeffer, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Frar 2006 (każ R3/2005-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 143, 17.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy