5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Marine Harvest Norway u Alsaker Fjordbruk vs Il-Kunsill
(Kawża T-113/06) (1)
(Dumping - Importazzjoni ta’ salamun li joriġina min-Norveġja - Definizzjoni tal-industrija Komunitarja - Prodott simili - Kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji)
2012/C 133/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marine Harvest Norway AS, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway AS (Bergen, in-Norveġja); u Alsaker Fjordbruk AS (Onarheim, in-Norveġja) (rappreżentanti J. M. Juuhl-Langseth u P. Dyrberg, avukati
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, megħjuna minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Stancanelli u K. Talabér-Ritz, sussegwentement K. Talabér-Ritz, T. Scharf u H. van Vliet, aġenti, megħjuna minn E. McGovern, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Marine Harvest Norway AS, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway AS, għad-dazji antidumping applikati għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn din tal-aħħar sat-18 ta’ Settembru 2007, u Alsaker Fjordbruk AS.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Marine Harvest Norway, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway, u Alsaker Fjordbruk.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 131, 03.06.2006.
Full & Egal Universal Law Academy