5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening et vs Il-Kunsill
(Kawża T-115/06) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ salamun ta’ trobbija li joriġina min-Norveġja - Regola tal-inqas dazju - Kalkolu tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni u tad-dazji stabbiliti)
2012/C 133/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening (Oslo, in-Norveġja); Norske Sjømatbedrifters Landsforening (Trondheim, in-Norveġja); Salmar Farming AS (Kverva, in-Norveġja); Hydroteck AS (Kristiansund, in-Norveġja); Hallvard Lerøy AS (Bergen, in-Norveġja); u Lerøy Midnor AS (Hestvika, in-Norveġja) (rappreżentanti: B. Servais u T. Paulsen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat)
Il-parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Stancanelli u K. Talabér-Ritz, sussegwentement K. Talabér-Ritz, T. Scharf u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn E. McGovern, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil-Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming AS, Hydroteck AS, Hallvard Lerøy AS u Lerøy Midnor AS
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming, Hydroteck, Hallvard Lerøy u Lerøy Midnor.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 143, 17.06.2006.
Full & Egal Universal Law Academy