8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/36
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Oakley vs UASI — Venticinque (O STORE)
(Kawża T-116/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali O STORE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti THE O STORE - Paragun ta' servizzi pprovduti fil-kuntest tal-kummerċ bl-imnut mal-prodotti korrispondenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Talba għal riforma magħmula mill-intervenjenti - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza’)
(2008/C 285/64)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Oakley, Inc. (One Icon, Foothill Tanch, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Huth-Dierig u M. Nentwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Venticinque Ltd (Hailsham, East Sussex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Caneva, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Jannar 2006 (Każijiet magħquda R 682/2004-1 u R 685/2004-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Venticinque Ltd u Oakley, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Oakley, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż, b'eċċezzjoni ta' dawk sostnuti mill-intervenjenti.
3)
Venticinque Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 154, 1.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy