6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/12
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ April 2009 — Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)
(Kawża T-118/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 129/20
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u C. Balme, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2006 (Każ R 931/2005 1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Jannar 2006 (Każ R 931/2005-1) hija annullata sa fejn tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Zuffa, LLC, abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy