23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Usha Martin vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-119/06) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ kejbils tal-azzar li joriġinaw, b’mod partikolari, mill-Indja - Ksur ta’ impenn - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 8(1), (7) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 8(1), (7) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))
2010/C 288/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Usha Martin Ltd (Kolkata, l-Indja) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, avukat, J. Branton, solicitor, V. Akritidis u Y. Melin, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Stancanelli u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/38/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li temenda d-Deċiżjoni 1999/572/KE, li taċċetta x-xogħolijiet [l-impenji] midħula għalihom offruti f’konnessjoni mal-proċedimenti ta’ kontra d-dumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-keblijiet tal-wajer tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mill-Indja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 32, p. 119) kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 121/2006, tat-23 ta’ Jannar 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-azzar u kejbils [tal-azzar] li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 67).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Usha Martin Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 154, 1.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy