21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Centro Studi Antonio Manieri vs Il-Kunsill
(Kawża T-125/06) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti relatata mat-tmexxija sħiħa ta' crèche - Deċiżjoni li jintużaw is-servizzi tal-Uffiċċju ‘Infrastruttura u loġistika’ (UIL) u li tiġi rtirata l-proċedura ta' sejħa għal offerti’)
(2009/C 69/80)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Centro Strudi Antonio Manieri Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Forte, M. Forte u G. Forte, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, P. Mahnič u M. Balta, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li saret pubblika permezz ta' ittra tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu tas-16 ta' Jannar 2006 u li tirtira l-proċedura ta' sejħa għal offerti 2003/S 209-187862, dwar it-tmexxija sħiħa ta' crèche, it-tieni nett, talba għall-annullament tal-evalwazzjoni pożittiva tal-proposta tal-Uffiċċju “Infrastruttura u Loġistika” (UIL) għat-tmexxija tal-istess servizzi u, it-tielet nett, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Centro Studi Antonio Manieri Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy