21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/16
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 2008 — Rykiel création et diffusion de modèles vs L-UASI — Cuadrado (SONIA SONIA RYKIEL)
(Kawża T-131/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva SONIA SONIA RYKIEL - Trade mark verbali preċedenti SONIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 158/24)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sonia Rykiel création et diffusion de modèles (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Baud u S. Strittmatter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Cuadrado SA (Sivilja, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-30 ta' Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Cuadrado SA u Sonia Rykiel création et diffusion de modèles.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta' L-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy