6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/29
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2008 — TIM u TTV vs UASI — Past Perfect (PAST PERFECT)
(Kawża T-133/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PAST PERFECT - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Artikolu 7(1)(b) (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(2) ta' dan ir-regolament’)
(2008/C 313/51)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TIM The International Music Company AG; u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Wendt u G. Kukuk, imbagħad J. Wendt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Past Perfect Ltd (Bucknell, Oxfordshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Disraeli, imbagħad K. Tinkler, solicitors)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 150/2005-1), tat-3 ta' Frar 2006, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH minn naħa, u Past Perfect Ltd min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 154, 1.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy