26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Xentral vs L-UASI — Pages jaunes (PAGESJAUNES.COM)
(Kawża T-134/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PAGESJAUNES.COM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LES PAGES JAUNES - Isem tad-domain ‘’ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 22/82)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Xentral LLC (Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Pages jaunes SA (Sèvres, Franza) (rappreżentanti: C. Bertheux Scotte, B. Potot u B. Corne, avukati)
Suġġett tal-kawża
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Frar 2006 (każ R 708/2005-1), li tikkonċerna proċedura ta' oppożizzjoni bejn Pages jaunes SA u Xentral LLC
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Xentral LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy