26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-139/06) (1)
(Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Adozzjoni, mill-Istat Membru, ta’ ċerti miżuri - Talba għal ħlas - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali)
2011/C 347/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G de Bergues u S. Gasri, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: T. van Rijn, K. Banks u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, T. Harris u C. Murrell, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 659 finali, tal-1 ta’ Marzu 2006, li tirrigwarda talba għal ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza (C-304/02, Ġabra p. I-6263).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 165, 15.07.2006.
Full & Egal Universal Law Academy