16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — MTZ Polyfilms vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/06) (1)
(“Dumping - Importazzjoni tal-films tal-polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Indja - Regolament li jġib fi tmiem reviżjoni interim - Impenji ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni - Iffissar tal-prezz għall-esportazzjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul l-investigazzjoni inizjali - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 2(8) u (9), u Artikolu 11(3) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)
2010/C 11/39
Lingwa tal-kawża: L-Ingiż
Partijiet
Rikorrenti: MTZ Polyfilms Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentant:N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 366/2006, tas-27 ta’ Frar 2006, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju antidumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja (ĠU L 68, p. 6),
Dispożittiv
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2006, tas-27 ta’ Frar 2006, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju antidumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja, huwa annullat sa fejn huwa jimponi dazju antidumping fuq MTZ Polyfilms Ltd.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn MTZ Polyfilms. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy