29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2008 — Sanofi-Aventis vs L-UASI — GD Searle (ATURION)
(Kawża T-146/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ATURION - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti URION - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 79/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sanofi-Aventis SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: GD Searle LLC (New York, New York, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Frar 2006 (Każ R 227/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u GD Searle LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sanofi-Aventis SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy