12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/14
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — Castellani vs L-UASI — Markant Handels und Service (CASTELLANI)
(Kawża T-149/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CASTELLANI - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CASTELLUM u CASTELLUCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 8/27)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Castellani SpA (Campagna Gello, l-Italja) (rappreżentanti: A. Di Maso u M. Di Masi, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Markant Handels und Service GmbH (Offenburg, il-Ġermanja)
Suġġett tal-Kawża
Rikors lontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1), li jirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Markant Handels und Service GmbH u Castellani SpA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy