18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/9
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Ġunju 2009 — NDSHT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Ilment ta’ kompetitur - Ittri tal-Kummissjoni lil persuna li tilmenta - Għajnuna eżistenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
2009/C 167/18
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB (Stokkolma, l-Iżvezja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. Scharf, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittri tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006 indirizzati lil NDSHT, relattivi għal ilment dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma lil Stokkolma Visitors Board AB (Każ CP 178/04 — Allegazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat favur SVB AB).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 29.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy