4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fl-14 ta’ Mejju 2009 — Fiorucci vs UASI– Edwin (ELIO FIORUCCI)
(Kawża T-165/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali ELIO FIORUCCI - Reġistrazzjoni ta’ isem persuna magħrufa bħala trade mark - Artikolu 52(2)(a) u l-Artikolu 50(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 153/65
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Elio Fiorucci (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, G. Sironi u F. Rossi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Edwin Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: D. Rigatti, M. Bertani, S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2006 (Każ R-238/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ revoka bejn Elio Fiorucci u Edwin Co. Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ April 2006 (Każ R 238/2005-1) hija annullata peress li fiha żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tal-Codice della Proprietà Industriale (Kodiċi Taljan tal-proprjetà industrijali).
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Elio Fiorucci.
4)
Edwin Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll terz ta’ dawk sostnuti minn Elio Fiorucci.
(1) ĠU C 190,12.8.2006
Full & Egal Universal Law Academy