16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Marzu 2009 — Laytoncrest vs UASI — Erico (TRENTON)
(Kawża T-171/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRENTON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LENTON - Dritt għal smigħ - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u Regola 54 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Nuqqas ta’ rtirar tal-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 44(1) tar-Regolament Nru 40/94 - Obbligu li tingħata deċiżjoni bbażata fuq il-provi disponibbli - Regoli 20(3) u 50(1) tar-Regolament Nru 2858/95”)
2009/C 113/63
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Laytoncrest Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Dontas u P. Georgopoulou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Erico International Corp. (Solon, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Samer, O. Gillert u F. Schiwek, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ April 2006 (Każ R 406/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erico International Corp. u Laytoncrest Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ April 2006 (R 406/2004-hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż inkorsi minn Laytoncrest Ltd.
3)
Erico International Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy