15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-176/06) (1)
(Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja - Rikors għal annullament - Fondi ta' kapital ta' riskju - Data ta' skadenza għall-implementazzjoni ta' l-investimenti - Proċedura - Prinċipji ta' protezzjoni ta' l-aspettativa leġittima u ta' ċertezza legali - Prinċipju ta' proporzjonalità - Motivazzjoni - Rikors għad-danni)
(2008/C 209/81)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sviluppo Italia Basilicata SpA (Potenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, D. Fioretti, S. Frazzani u R. Sciaudone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1706, ta' l-20 ta' April 2006, dwar it-tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew ta' żvilupp reġjonali favur l-allokazzjoni globali għall-implementazzjoni ta' miżuri ta' sostenn ta' impriżi żgħar u medji li joperaw fir-reġjun tal-Basilicata fl-Italja, mogħtija fil-kuntest Komunitarju ta' sostenn għall-interventi strutturali Komunitarji fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-objettiv Nru 1 fl-Italja, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni kkawżati b'din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy