18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/9
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Burie Onderzoek en advies
(Kawża T-179/06) (1)
(“Klawżola tal-arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm RACE II u ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali - Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà parzjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Talba rikonvenzjonali”)
2009/C 167/19
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: iniżjalment A. Weimar u L. Escobar Guerrero, imbagħad W. Roels, aġenti, assistiti minn W. Rupert)
Konvenuta: Burie Onderzoek en Advies BV (Nijeholtpade, L-Olanda) (rappreżentanti: I. van den Berge u A. Appelman, avukati)
Suġġett
Talba, abbażi tal-klawżola tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Burie Onderzoek en Advies BV għar-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, kif ukoll l-interessi moratorji abbażi ta’ żewġ kuntratti ta’ finanzjament fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata tal-komunikazzjoni fl-Ewropa u tal-applikazzjonijiet telematiċi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors għar-rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni abbażi tal-kuntratt Barbara (Broad Range of Community Based Telematics Applications in Rural Areas), li għandu r-riferenza “Proġett R 2022”, huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa dirett kontra Burie Onderzoek en Advies BV, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tiddeċiedi fuq dan.
2)
Burie Onderzoek en Advies hija kkundannata, abbażi tal-kuntratt Telepromise (Telematics to Provide for Missing Services), li għandu r-riferenza “Proġett UR 1028”, biex tħallas lill-Kummissjoni s-somma kapitali ta’ EUR 109 535,62, barra mill-interessi għad-dewmien bir-rata legali applikabbli fl-Olanda mill-31 ta’ Awwissu 2001 sad data tal-pagament totali sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn
3)
It-talba rikonvenzjonali ta’ Burie Onderzoek en Advies hija miċħuda.
4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy