25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-181/06) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjonijiet finanzjarji - Frott u ħaxix - Prodotti tal-ħalib - Uċuħ tar-raba' li jinħarat - Żvilupp rurali - Nuqqas ta' osservanza tat-termini ta' pagament’)
(2008/C 272/37)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avocat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta' April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u ħaxix, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-uċuh tar-raba', tal-iżvilupp rurali kif ukoll fil-qasam ta' terminu ta' pagament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy