21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/40
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-183/06) (1)
(FAEGG - Taqsima “Garanzija” - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tessuti tal-għażel - Effettività tal-kontrolli)
2009/C 282/74
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandez, aġent, assistit minn C. Botelho Moniz u E. Maia Cadete, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Afonso, L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parziali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 124, p. 21).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Kkomunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata sa fejn hija teskludi l-infiq kollu magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-għażeb.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-iżpejjeż.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006
Full & Egal Universal Law Academy