10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Schräder vs UASI (SUMCOL 01)
(Kawża T-187/06) (1)
(“Privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti - Varjetà ta' pjanti SUMCOL 01 - Rifjut tal-applikazzjoni għal privattiva tal-Komunità - Nuqqas ta' karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha’)
(2009/C 6/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Leidereiter, W.-A. Schmidt u I. Memmler, wara T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, agenti, assistiti minn G. Schohe, avukat)
Suġġett
Rikors għall-annullament imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tat-2 ta' Mejju 2006 (Każ A 003/2004) dwar applikazzjoni għal privattivi Komunitarji ta' varjetajiet ta' pjanti għall-varjetà ta' pjanti SUMCOL 01.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ralf Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 2.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy