10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Idroġenu perossidu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir illegali - Drittijiet tad-difiża - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ individwalità tal-piena u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni - Prinċipju ta’ amminitrazzjoni tajba - Ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Multi)
2011/C 269/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) u Elf Aquitaine SA (Courbevoie) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery, A. Noël-Baron, E. Lagathu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment F. Arbault u O. Beynet, sussegwentement V. Bottka, P. J. Van Nuffel u B. Gencarelli, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620) — Idroġenu perossidu u perborat), u, sussidjarjament, talba għall-emenda tal-Artikolu 2(i) tal-imsemmija deċiżjoni
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Total SA u Elf Aquitane SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 02.09.2006.
Full & Egal Universal Law Academy