30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Caffaro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-192/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Preskrizzjoni - Trattament differenzjat - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)
2011/C 226/40
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Caffaro Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Santa Maria u C. Biscaretti di Ruffia, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, sussegwenetement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), inkwantu l-Kummissjoni imponiet multa fuq ir-rikorrenti u SNIA SpA in solidum, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Caffaro Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 02.09.2006.
Full & Egal Universal Law Academy