30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Edison vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-196/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 226/43
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Edison SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, R. Casati, M. Beretta, P. Merlino u E. Bruti Liberati, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment minn V. Di Bucci u F. Amato, sussegwentement minn V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Prinċiparjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa,
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lil Edison SpA.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 02.09.2006.
Full & Egal Universal Law Academy