30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — FMC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-197/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-imġiba ta’ ksur - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 226/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FMC Corp. (Philadelphia, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Stanbrook, QC, u Y. Virvilis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Eworpea (rappresentanti: inizjalment F. Arbault, sussegwentement V. Di Bucci, V. Bottka u X. Lewis, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
FMC Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 02.09.2006.
Full & Egal Universal Law Academy