25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment ta' kulur isfar)
(Kawża T-201/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Filtru taż-żebgħa parzjalment b'kulur isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)
(2008/C 272/38)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Louis M. Gerson Co., Inc. (Middleboro, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Mejju 2005 (Każ R 1387/2005-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, kompost minn filtru taż-żebgħa b'kulur isfar qrib il-ponta tiegħu, bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Louis M. Gerson CO., Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 224, 16.9.2006
Full & Egal Universal Law Academy