5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2008 — NewSoft Technology vs L-UASI — Soft (Presto! BizCard Reader)
(Kawża T-205/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Presto! BizCard Reader - Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti Presto - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 171/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NewSoft Technology Corp. (Taipei, Tajwan) (rappreżentanti: M. Dirksen-Schwanenland, U. von Sothen u M. Di Stefano, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Soft, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Velázquez Ibáñez u P. Merino Baylos, avocats)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' Mejju 2006 (Każ R 601/2005-2) dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Soft, SA u NewSoft Technology Corp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
NewSoft Technology Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy