12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Frar 2008 — American Clothing Associates vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' werqa ta' l-aġġru)
(Kawża T-215/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta werqa ta' l-aġġru - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade mark fir-rigward ta' servizzi - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Elementi ta' liġi mressqa quddiem l-awtoritajiet ta' l-UASI u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza’)
(2008/C 92/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: American Clothing Associates SA (Evergem, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-4 ta' Mejju 2006 (Każ R 1463/2005-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal li jirappreżenta werqa ta' l-aġġru bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), ta' l-4 ta' Mejju 2006 (Każ R 1463/2005-1) hija annullata, fil-parti li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 40 skond il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, li jikkorrispondu mad-deskrizzjonijiet segwenti: “Servizzi ta' ħjata, tassidermija; legaturi; xogħol, ipproċessar u irfinar ta' ġlud, ġilda, ferijiet u tessuti; żvilupp ta' films fotografiċi u stampar ta' ritratti; xogħol fuq l-injam; tgħasir tal-frott; tħin ta' qamħ; ipproċessar, temprar u irfinar ta' superfiċi tal-metall”.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy