22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Lucite International u Lucite International UK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-216/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-méthacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim jew prattiki li jikkostitwixxu ksur)
2011/C 311/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lucite International Ltd (Southampton, ir-Renju Unit); u Lucite International UK Ltd (Darwen, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Thompson, QC, S. Rose u A. Chandler, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn V. Bottka, F. Amato u I. Chatzigiannis, sussegwentement minn V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Arbault, aġent)
Suġġett
Talba ta’ tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Méthacrylates).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
It-talba tal-Kummissjoni intiża għat-tneħħija tal-immunità hija miċħuda.
(3)
Lucite International Ltd u Lucite International UK Ltd għandhom ibatu 90 % tal-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni
(4)
Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż esposti minn Lucite International u Lucite International UK.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy