16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Arkema France et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-217/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-methacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Gravità tal-ksur - Impatt konkret fuq is-suq - Effett dissważiv tal-multa - Reċidiva - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim - Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta’ kumpanniji - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2011/C 211/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza), Altuglas International SA (Puteaux, Franza); u Altumax Europe SAS (Puteaux) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas Jimeno u P. Geffriaud, sussegwentement S. Sorinas Jimeno u E. Jégou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Methacrylates), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa li għalih huma responsabbli in solidum Arkema SA (issa Arkema Franza), Altuglas International SA u SAS Altumax Ewropa, skont l-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni C(2006) 2098 finali tal-Kummissjoni, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Methacrylates), huwa mnaqqsa għal EUR 113 343 750.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Arkema France, Altuglas International u Altumax Europe huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy