8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/36
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-17 ta' Settembru 2008 — Neurim Pharmaceuticals (1991) vs UASI — Eurim-Pharm Arzneimittel (Neurim PHARMACEUTICALS)
(Kawża T-218/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja Neurim PHARMACEUTICALS - Trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali preċedenti EURIM-PHARM - Lingwa tal-proċedimenti ta' appell - Termini - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Prinċipju ta' proporzjonalità - Kontinwazzjoni tal-proċedimenti - Restitutio in integrum - Artikoli 59, 78 u 78a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Regola 48(1)(ċ) u (2), Regola 49(1) u Regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95’)
(2008/C 285/65)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Neurim Pharmaceuticals (1991) Ltd (Tel-Aviv, Iżrael) (rappreżentant: M. Kinkeldey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Eurim-Pharm Arzneimittel GmbH (Piding, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raab, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Ġunju 2006 (Każ R 74/2006-1) rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Eurim-Pharm Arzneimittel GmbH u Neurim Pharmaceuticals (1991) Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Neurim Pharmaceuticals (1991) Ltd hija kkundannata għall- ispejjeż.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006.
Full & Egal Universal Law Academy