7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/54
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Hipp & Co vs UASI — Laboratorios Ordesa (Bebimil)
(Kawża T-221/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Bebimil - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL 1 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Riskju ta’ konfużjoni”)
2009/C 267/92
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hipp & Co KG (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Laboratorios Ordesa, SL (Sant Boi de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: R. Thierie u E. Sugrañes Coca, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2006 (Każ R571/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ordesa, SL u Hipp & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hipp & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 237, 30.9.2006
Full & Egal Universal Law Academy