2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2008 — Otto vs UASI — L'Altra Moda (l'Altra Moda)
(Kawża T-224/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja l'Altra Moda - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Alba Moda - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 73 u Artikolu 74(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2008/C 197/36)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Otto GmbH & Co. KG (Ħamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Munz, avukati)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: L'Altra Moda Spa (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti A. Masetti Zannini de Concina u M. Bucarelli, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Ġunju 2006 (Każ R 793/2005-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Otto GmbH & Co. KG u l'Altra Moda SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Otto GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' l'Altra Moda SpA.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy