7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Giorgio Beverly Hills vs UASI — WHG (GIORGIO BEVERLY HILLS)
(Kawża T-228/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORGIO BEVERLY HILLS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORGIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Beverly Hills, Inc. (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn M. Schaeffer, sussegwentement minn K. Sandberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każijiet magħquda R 107/2005 u R 187/2005-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH u Giorgio Beverly Hills, Inc.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każijiet R 107/2005 u R 187/2005-2) hija annullata, safejn din ċaħdet l-appell fil-Każ R 187/2005-2.
2)
L-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.
3)
WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy