6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/30
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI (PORT LOUIS)
(Kawża T-230/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PORT LOUIS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Indikazzjoni tal-oriġini ġeografika tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 313/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rewe-Zentral AG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI tal-21 ta' Ġunju 2006 (Każ R 25/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PORT LOUIS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tal-21 ta' Ġunju 2006 (kawża R 25/2006-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy