5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża - Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)
2011/C 38/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: H. Sevenster u M. de Grave, aġenti) (Kawża T-231/06); u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u H. Speyart van Woerden, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan et H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE, tat-22 ta’ Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna tal-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU 2008, L 49, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Fil-Kawża T-231/06, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Fil-Kawża T-237/06, in-Nederlandse Omroep Stichting (NOS) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy